Dawn ix-xrariet ta’ riflessjoni, misluta mid-diskorsi li għamel il-Papa f ’diversi mumenti tul iż-żmien tal-pandemija, huma għamla ta’ terapija interjuri. Jixtiequ jnisslu reazzjoni, l-istess kif jiġri fit-tilqima, iridu “jqanqlu l-kuxjenza rieqda”, imma mhux biex ikattru t-tensjoni u l-biżgħat li laqtu u għadhom jolqtu l-persuni u l-komunitajiet, imma biex inisslu fiduċja. Il-Kardinal Gianfranco Ravasi, mid-Daħla.