Code: 9789990947595
€ 6.00
Publisher: Reliġjon u Ħajja
Author: Elija Vella
Size: 21x14.8cm
p.152
Maltese
Paperback.
Ġabra ta' fatti ħsibijiet u stejjer qosra miġburin f'dan il-ktieb bl-isem Ġennintni Mulej. ''Sikwit niltaqa' ma' nies kbar u żgħar imma forsi żgħażagħ l-aktar illi meta tistaqsihom kif marru wara li jkunu attendew għal xi kunċert jew għamlu xi eżami li kien suċċess għalihom jew xi esperjenza li tkun tathom ftit sodisfazzjon biex jesprimu fil-qosor dik esperjenza li jkunu għaddew minnha jgħidulek: ''hawn man - tassew tal-ġenn!'' Jien sikwit nitbissem nitbissem għall-espressjoni fiha nnifisha u nitbissem għax ngħid: ''imsieken għamlu esperjenza tal-ġenn u ma ħallitilhom xejn fil-karattru tagħhom''. Kemm hu aktar tal-ġenn meta tgħaddi minn esperjenza li tibdlek li timmarka fil-ħajja tiegħek bidu ta' stil ta ħajja ġdida xi ħaġa li ssaħħrek b'mod li timliek b'ferħ fit-tul li minn xi waqtiet ikun miksur bin-niket. Hekk hi l-ħajja m'hemmx x'tagħmel tlajja' u nżul ferħ u niket daħk u biki insomma: ''tassew tal-ġenn man!''. Imma kemm hi aktar esperjenza tassew tal-ġenn meta tiltaqa' mal-Mulej - li jimliek b'ferħ qaddis ferħ dejjiemi li minkejja li xi drabi tkun għaddej minn mumenti iebsa u diffiċli fil-ħajja xorta ma tiddisprax u tibqa' kalm. (Mid-Daħla tal-Ktieb: Dun Ġorġ Bezzina - Kappillan)