Publisher: Reliġjon u Ħajja Author: Josef Pace Size: 15x22cm Year: 2018
Description:
P.152 Maltese Paperback.
It-tħabbira tal-Anġlu tista’ tkun għalina ta’ gwida u dawl fil-ħafna sitwazzjonijiet li fihom insibu ruħna. Għalhekk ejjew flimkien ma’ Mirjam nidħlu f ’din l-avventura l-ġdida li sa tgħaddina minn toroq li għalina forsi huma skomdi jew li nixtiequ nevitawhom. Iżda Mirjam qed tagħmlilna l-kuraġġ u qed tistedinna nħarsu lejha bħala l-ewwel dixxipla li mxiet fuq il-passi ta’ Binha. Kellha tgħaddi mit-triq tas-salib, imma wara l-mewt sabet il-ħajja ta’ dejjem. Int ukoll, la tiddejjaq xejn tgħix il-kriżijiet fil-ħajja tiegħek għax sa jibnuk u jgħinuk tikber. Għalkemm sa tgħaddi mill-esperjenza tal-mewt, iżda fl-istess ħin sa tgħaddi wkoll mill-esperjenza tal-qawmien il-ġdid fi Kristu Ġesù. (Mid-Daħla tal-Awtur)