Code: 9789995730383
€ 2.50
Publisher: Reliġjon u Ħajja
Author: Miguel Cuartero Samperi;Traduzzjoni ta' Edmund Teuma
Size: 10.5x14.8cm
Year: 2014
p.48
Maltese
Softbound.
Ktejjeb iddedikat lil Sidtna Marija li jiġbor fih Il-Ġrajja ta' devozzjoni Marjana Talb, Meditazzjonijiet u Novena lil Sidtna Marija li tħoll l-għoqiedi. It-talb lil Omm il-Mulej huwa parti essenzjali ta' kif il-Kattoliċi jgħixu l-fidi. Hu wieħed mill-elementi tat-tagħlim tat-talb sa miċ-ċokon nett. Hi tabilħaqq oriġinali t-talba lil Marija li tħoll l-għoqiedi li lilha hu ddedikat il-ktejjeb ta' Miguel Cuartero Samperi għal ħafna raġunijiet. L-ewwel nett għax it-talba wieldet fil-Ġermanja fis-seklu 17 iżda mbagħad minn hemm xterdet l-aktar fl-Amerika Latina bil-ħidma ta' P. Jorge Mario Bergoglioillum Papa Franġisku li sar midħla tagħha fiż-żmien tal-istudji tiegħu ta' speċjalizzazzjoni fit-Teoloġija f'Augsburg. Hu magħruf li bħala arċisqof ta' Buenos Aires kellu d-drawwa li jehmeż mal-korrispondenza tiegħu xbieha tal-Madonna li tħoll l-għoqiedi. Wieħed imbagħad irid jaħseb fit-tifsira partikulari tat-talba li sa mill-bidu kienet tirreferi għall-għoqiedi tal-ħajja taż-żwieġ li kultant titwaqqaf fil-mixja minħabba nuqqas ta' ftehim u ta' qbil fil-karattri li joħolqu l-imrar u d-diqa b'riskju serju li titgħarraq ir-rabta bejn il-miżżewġin sal-punt li mbagħad jitwebblu li jinfirdu u li jheddu s-sħuħija tal-għaqda taż-żwieġ. It-talba ssir lil Marija
biex tgħin lill-miżżewġin jegħlbu l-għemil li jifred tal-ispirtu l-ħażin u jerġgħu jiksbu s-serenità fiż-żwieġ. (Mill-Preżentazzjoni tal-Ktieb)