Code: 9789995730451
€ 2.00
Publisher: Reliġjon u Ħajja
Author: Eman Bonnici
Size: 12x18.5cm
Year: 2015
p.64
Maltese
Softbound.
Fil-ħajja mgħaġġla u xi drabi monotona tal-lum il-bniedem aktarx jinsa wħud mill-aktar elementi bażiċi tal-ħajja: il-ferħ u s-sempliċità. Huma ħwejjeġ żgħar u ordinarji li iżda mingħajrhom aktarx inħossu l-piżli jġibu magħhom il-familja ix-xogħol in-nuqqas ta' finanzi u problemi oħra li rridu u ma rridux bosta drabi jkollna nħabbtu wiċċna magħha ta' sikwit. L-għan li għalih qiegħda tinġieb din il-bijografija ċkejkna ta' qaddis li ilu mejjet 'il fuq minn 400 sena u li rabtiet diretti ma' pajjiżna ma kellux f'ħajtu huwa sempliċiment il-ferħ li minkejja l-faqar u l-problemi li kellu jħabbat wiċċu magħhom matul is-snin Filippu Neri għaraf dejjem iżomm bħala bażi mill-aktar fundamentali f'ħajtu. ''Xejn ma ngħidilkom aqraw dejjem kotba li l-isem tagħhom jibda bl-ittra 'S' '' kien sikwit itenni lill-membri tal-Oratorju tiegħu Filippu Neri b'referenza għall-qaddisin bħal San Franġisk ta' Assisi u San Duminku ta' Guzman. Ma' dawn aħna sa nżidu dik tiegħu bit-tama li dan il-ktejjeb iservi għal min jaqra ta' duwa ħelwa li mhijiex għajr tbissima li s-sigriet tagħha hu li wieħed jgħixha u jagħraf jaqsamha mal-oħrajn.