Code: 9789995730420
€ 2.00
Publisher: Reliġjon u Ħajja
Author: Eman Bonnici
Size: 12x18.5cm
Year: 2015
p.61
Maltese
Softbound.
Il-Kulleġġ Kardinalizju matul is-sekli kien protagonist ta' intriċċi opportunitajiet karririżmu lussu vanità assassinji u tant ħwejjeġ oħra li wasslu biex l-element “qaddis” mistenni minn dawk li ħaddnuh jgħib mill-għajnejn ta' bosta. Iżda mhux il-membri kollha fl-istorja tal-Kulleġġ inġarru mill-kurrenti li bosta waqgħu fih. Xi wħud kienu kkanonizzati oħrajn ibbeatifikati waqt li oħrajn iħaddnu t-titli ta' Venerabbli Qaddejja ta' Alla jew huma magħduda bħala qaddisin min-nies mingħajr ma kienu qatt ikkanonizzati jew formalment ikkonfermati b'dan it-titlu mill-Knisja. F'dan l-ewwel ktieb minn sensiela ta' kotba żgħar dwar nies ta' fama ta' qdusija niltaqgħu ma' wħud minn dawn il-kardinali (sal-1460).
Fosthom il-qaddis Rajmondu Nonnato li huwa magħruf fostna bħala l-qaddis protettur tan-nisa waqt it-tqala.