Password was successfully changed.
Continue Shopping
+ View All - View Less

L-aħħar taħdit - benedittu xvi


L-aħħar taħdit - benedittu xvi

Code: 9789995730727

€ 8.00

Highlight:

Publisher: Reliġjon u Ħajja
Author: Pope Benedict XVI
Size: 14x21cm
Year: 2017

Description:

P.342
Maltese
Paperbook.

Int u taqra l-ktieb ta’ Benedittu XVI ‘L-Aħħar Taħdit ma’ Peter Seewald’ jolqtok id-daħk tal-Papa Emeritu. Il-ktieb għandu forma ta’ intervista li Seewald ittraskriva fedelment minn numru ta’ laqgħat li kellu ma’ Benedittu fuq medda ta’ 10-12-il siegħa, kemm qabel u wara r-riżenja storika ta’ Frar 2013. Fil-fatt il-kelma ‘jidħak’, jew varjazzjonijiet tagħha, tidher 50 darba fil-parentesi fil-ktieb. Għal min forsi kellu l-idea li Benedittu huwa bniedem awster, fil-fatt wieħed mil-laqmijiet tiegħu meta kien Prefett tal-Kongregazzjoni tal-Fidi kien ‘panzerkardinal’, dawn il-parentesi huma l-iktar ħaġa sorprendenti f’dan il-ktieb. Però għal min imdorri jaqra l-kitbiet tiegħu, kemm bħala Joseph Ratzinger u imbagħad bħala Benedittu XVI din mhijiex xi ħaġa kompletament ġdida għaliex il-kelma ‘ferħ’ tidher ta’ spiss fil-kitbiet tiegħu speċjalment meta marbuta mal-esperjenza ta’ relazzjoni ma’ Kristu. Min qed ifittex trattati teoloġiċi fl-istil ta’ kif aħna mdorrijin naqraw mill-pinna tiegħu ser ikun iddiżappuntat. Però min jirriduċi dan l-aħħar volum għal dan ‘in-nuqqas’ ikun qed jitlef ħafna mill-kariżma ta’ Benedittu, xi ħaġa li hu jgħid li m’għandux meta ġie mistoqsi għax ma ħax l-isem ta’ Ġwanni Pawlu III wara li ġie elett papa. Il-kariżma ta’ Benedittu XVI ma tinsabx fl-allegrija storbjuża jew f’ġesti eżuberanti imma fil-qawwa tal-kwiet tiegħu.

This site uses cookies to offer you a better browsing experience. Reject Non-Essentials Accept All