Password was successfully changed.
Continue Shopping
+ View All - View Less

Kissirtni, mulej!


Kissirtni, mulej!

Code: 9789995730949

€ 7.50

Highlight:

Publisher: Reliġjon u Ħajja
Author: Elija Vella
Size: 14.5x21cm
Year: 2019

Description:

p.270
Maltese
Soft Cover.

Jien u Patri Elija mhux biss ngħixu fl-istess kunvent imma aħna t-tnejn nieklu fl-istess mejda ħdejn xulxin... u kull darba li jiġi lura mill-vjaġġi twal tiegħu, qabel ma jintasab bilqiegħda biex jiekol, ipoġġi ħdejn il-post tiegħi ktieb ġdid fjamant li għadu kemm ħareġ mill-istamperija. Patri Elija kiteb u l-kotba tiegħu ġew tradotti b’diversi lingwi: barra bil-Malti u bl-Ingliż, Patri Elija għandu kotba bil-Portugiż, biċ-Ċek, bit-Taljan u bis-Slovakk. Għaliex il-kotba ta’ Patri Elija jħajruk tiksibhom? Jiena naħseb li l-istejjer li bihom jinqeda biex iwassal il-messaġġ tal-Vanġelu huma ġrajjiet mill-ħajja tagħna ta’ kuljum. Barra minn hekk il-kitba tiegħu hi mexxejja u sempliċi b’tali mod li taqraha u ma tgħejjikx; anzi tħajrek tispiċċa storja u tibda oħra sakemm tintebaħ li wasalt fl-aħħar storja tal-ktieb. F’idejk għandek ktieb ieħor ta’ Patri Elija. Hemm xi sorpriża fih? F’kull ktieb ta’ Patri Elija dejjem issib sorpriżi ħelwin, interessanti u ġodda; dejjem tiltaqa’ ma’ stejjer li ssibhom qed jirrakkontaw il-ħajja tiegħek bis-sabiħ u bl-inqas sabiħ tagħha. (Patri Ġorġ Zammit OFM Conv., mill-Preżentazzjoni)

This site uses cookies to offer you a better browsing experience. Reject Non-Essentials Accept All