Publisher: Reliġjon u Ħajja Author: Ronnie Gauci Size: 12x18cm Year: 2022
Description:
P.160 Maltese Paperbook.
Dan mhuwiex xi ktieb ta’ tagħlim profond fuq iż-żwieġ. Xejn minn dan. Xtaqt nipproponi dal-ktejjeb bħala għajnuna ċkejkna lill-għarajjes u lill-miżżewġin ta’ rieda tajba: biex iservi ta’ kuraġġ u bħala dawl żgħir... fit-taqlib tal-ħajja miżżewġa. Għidt ‘ta’ rieda tajba’, għax biex żwieġ jirnexxi, il-koppja trid tabilħaqq temmen li żwieġ verament jista’ jirnexxi... akkost ta’ kollox. Il-ħajja miżżewġa hija mimlija sfidi ta’ kull tip: sfidi fiżiċi, spiritwali, emozzjonali, morali u naturalment dawk finanzjarji! Iżda meta fiż-żwieġ ikun hemm l-Ispirtu ta’ Alla, l-imħabba vera tal-koppja flimkien mal-ispirtu ta’ sagrifiċċju u l-għotja totali tal-persuna, iż-żwieġ huwa esperjenza tal-ġenn! (mid-Daħla tal-Awtur)