Is-Seba’ Visti fil-Lejl ta’ Ħamis ix-Xirka. Sliem għalik, altar għani tal-Vittma, li t-tbatija żejnitek bir-rebħ: fuqek mietet il-ħajja biex tagħti lilna l-ħajja w timliena bis-sebħ. Sliem għalik, o salib, tama tagħna! Taħtek nersqu bit-talb f’dan iż-żmien: kun għat-tajjeb il-għajn ta’ kull grazzja, kun għall-ħati ta’ maħfra w ħelsien.