Il-Missierna hija triq li twassalna għand Alla. Jew aħjar: għand il-Missier, kif jgħidilna Ġesù. Hija laqgħa li ddewwaqna l-imħabba kbira tiegħu għalina. Hija laqgħa li twessgħalna l-ixfqa tagħna, u turina, maġenbna u madwarna, lil dawk li Alla jħobb, li huma “ħutna”. «Din mhijiex waħda millħafna talbiet Insara, iżda hi t-talba ta’ wlied Alla… Il-Missierna tqanqal fina dawk l-istess sentimenti li kellu Kristu Ġesù.» (Papa Franġisk, Udjenza, 14 ta’ Marzu 2018)