Code: 9789995730802
€ 4.00
Publisher: Reliġjon u Ħajja
Author: Pope Francis
Size: 15x22cm
Year: 2018
P.168
Maltese
Paperback.
L-Eżortazzjoni Appostolika Gaudete et Exsultate hi indirizzata personalment lil kull wieħed u waħda minna. Il-Papa Franġisku juża l-lingwaġġ li nitkellmu bih ma’ ħbiebna jew qrabatna. B’hekk, il-Papa Franġisku qed jagħmlilna stedina personali biex nimxu wara Ġesù. Il-Papa juża apposta lingwaġġ lajk u jagħmel stedina lajka bl-iskop li jilħaq lin-nies tad-dinja, li jilħaq lil min għandu xogħol u familja u ħajja mimlja impenji u pressjonijiet differenti. Il-Papa Franġisku jgħid li hemm bżonn ta’ qalb miftuħa u x-xewqa li wieħed jgħaddi ħin mal-Mulej, fit-talb u l-qari tal-Evanġelju. Irid ukoll li n-nies isiru jafu li fil-Knisja hemm dak kollu li jeħtieġu biex jitqaddsu, u li dan qiegħed hemm għal dawk kollha li jixtiquh. Jurina wkoll, b’mod prattiku ħafna, kif għandu jsir dan il-vjaġġ lejn il-qdusija u kif dan jagħtina l-ħajja u jagħmilna aktar umani.
Għal aktar tagħrif: https://www.ruhmalta.com/product/?gaudete-et-exsultate-qoxra-iebsa