F’dan il-volum li għandek f ’idejk ħsibna li niskopru din it-tema tal-ħniena fit-tagħlim ta’ Papa Franġisku. Bil-għajnuna tal-Kelma ta’ Alla u tal-ħniena tiegħu, il-Papa jwassal dawn ir-riflessjonijiet li jistgħu jsiru tagħna wkoll jekk nilqgħuhom u nħaddmuhom. Kemm għandna bżonn ta’ ħniena fid-dinja tal-lum! F’din il-ġabra, li tittratta t-tagħlim tal-Ġublew tal-Ħniena li Papa Franġisku kien nieda fl-2016, insibu qabelxejn il-Bolla ta’ Indizzjoni għal dan il-Ġublew, Misericordiae vultus. Imbagħad jiġu l-11-il Udjenza Ġubilari ta’ nhar ta’ Sibt u t-38 Udjenza ta’ nhar ta’ Erbgħa li għamel f ’dan iż-żmien. Fl-aħħar, hemm l-Ittra Appostolika Misericordia et misera li biha l-Papa għalaq il-Ġublew.