Code: 9789995730437
€ 3.00
Publisher: Reliġjon u Ħajja
Author: Edmund Teuma
Size: 14.5x21cm
p.170
Maltese
Paperback.
Dan il-ktieb jittratta suġġett attwali għall-aħħar. Dan ix-xogħol huwa wieħed ħiereġ minn ''pinna Franġiskana''.P.Edmund juri ruħu bħala tassew bin il-Fqajjar t'Assisi li kien bniedem essenzjalment evanġeliku u fl-istess waqt bniedem miftugħ għad-djalogu ma' kulħadd. Huwa ktieb kemm għall-qarrej Nisrani kif ukoll għal dak Musulman. Għal tal-ewwel biex wieħed jagħraf tabilħaqq min huma dawk liskont il-Lumen gentium (n.16) ''jistqarru li jħaddnu l-fidi ta' Abrahamu flimkien magħna jqimu lil Alla wieħed u ħanin
l-imħallef tal-bnedmin fl-aħħar jum.'' Għal tat-tieni biex dan jagħraf li l-fidi Nisranija tfisser tgħix dak li għamel u li għallem Sidna Ġesù Kristu li tħaddet li għamel għeġubijiet u li ħabb kemm lil-Lhudi kif ukoll lill-pagan u li ħallielna bħala liġi unika lilu nnifsu: l-Imħabba.