Code: 9789993247722
€ 3.50
Publisher: ĊAK
Author: Hector Scerri
Size: 14.7x21cm
p.104
Maltese
Paperback.
Nafu kemm nafu qatt mhu biżżejjed! Huwa importanti li bħalma l-bniedem biex jikber għandu bżonn jiġġedded b'mod kontinwu bl-istess mod fil-ħajja spiritwali u fil-fidi tiegħ u l-bniedem ma jrid qatt jegħja jfittex u jiġġedded! Huwa dan li jipprova jagħmel Dun Hector bir-riflessjonijiet tiegħu li bihom jgħinna nsaqqu dik iż-żerriegħa tal-fidi li nżergħet fina fil-Magħmudija. Dakinhar ingħatatilna din il-missjoni li nwasslu 'l-Mulej lill-oħrajn. Issa jekk il-fidi tagħna fih tkun midbiela u jekk ir-relazzjoni tagħna miegħu ma tikbirx kuljum dejjem iżjed biex insiru nafuh kemm inkunu nistgħu nwassluh lill-oħrajn? Għal dan il-għan Dun Hector ma joffrilniex biss kummentarju fuq is-sekwenza ta' Pentekoste iżda wkoll wara kull kapitlu joffrilna punti għar-riflessjoni personali tagħna biex dak li naqraw wara li nomogħduh sew inħalluh jagħti frott li jibqa'.