Code: 9789918603275
€ 6.00
Publisher: Reliġjon u Ħajja
Author: Martin Micallef
Size: 21x13cm
Year: 2022
P.132
Maltese
soft cover.
Fi żmien ir-Randan, niġu mistednin sabiex nerġgħu nħarsu lejn il-ħajja tagħna u ngħixuha bħala wlied Alla, kif tassew aħna. Is-siltiet tal-Evanġelju tal-Ħdud tar-Randan huma ta’ għajnuna kbira f’din il-mixja tagħna wara Ġesù. Fl-Ewwel Ħadd se nakkumpanjaw lil Ġesù fit-tentazzjonijiet li matulhom wera li kien tassew l-Iben ta’ Alla. Fit-Tieni Ħadd se nitilgħu ma’ Ġesù fuq muntanja u naraw is-sbuħija tiegħu li ddewwaqna minn kmieni l-glorja tal-Qawmien. Fit-Tielet Ħadd se nisimgħu sejħa qawwija għall-indiema f’relazzjoni mal-paċenzja kbira li l-Mulej juri lejna l-midinbin. Fir-Raba’ Ħadd se nikkontemplaw il-ħniena kbira ta’ Alla permezz tal-parabbola tal-missier ħanin li kellu żewġ ulied ingrati lejh. Fil-Ħames Ħadd se nassistu għall-episodju tal-mara li nqabdet fid-dnub u kif Ġesù, filwaqt li ħelisha mill-kundanna tal-mewt, wera l-ipokrisija ta’ dawk li kienu qed jakkużawha.
Għal aktar tagħrif: https://www.ruhmalta.com/product/?kemm-hi-ghaziza-il-kelma-tieghek-mulej