Publisher: Religjon u Hajja
Publication Date: 2019
Size in (cm): 12x20
Description:
p.40, Maltese, Soft Cover.Maqlub għall-Malti minn Terence Portelli.Bla dubju ta’ xejn, is-Sliema, hi t-talba lill-Madonna li tingħad l-aktar b’mod individwali, fid-djar u fil-komunitajiet. L-aktar talba maħbuba u magħrufa. Għalhekk, is-Sliema hi talba li taf il-bidu tagħha minn Alla u mill-bniedem. Magħmula minn kliem li niżel mis-sema u minn kliem li tela’ mill-art. Hu kliem li bħal jaqbdilna jdejna u jakkumpanjana fl-istorja qaddisa, l-istorja ta’ Marija u tagħna lkoll. Għaliex aħna lkoll imsejħin insiru bħallikieku ommijiet ta’ Alla, Alla li dejjem għandu bżonn jiġi fid-dinja, u jonqos li aħna ngħinuh jitwieled f’qalbna, fi djarna, fit-triqat tagħna.