Author: Edmund Teuma
Publisher: Reliġjon u Ħajja
Publication Date: 2015
Size in (cm): 14.5x21
Description:
p.170, Maltese, Paperback.
Dan il-ktieb jittratta suġġett attwali għall-aħħar. Dan ix-xogħol huwa wieħed ħiereġ minn ''pinna Franġiskana''. P. Edmund juri ruħu bħala tassew bin il-Fqajjar t'Assisi li kien bniedem essenzjalment evanġeliku u fl-istess waqt bniedem miftugħ għad-djalogu ma' kulħadd. Huwa ktieb kemm għall-qarrej Nisrani kif ukoll għal dak Musulman. Għal tal-ewwel biex wieħed jagħraf tabilħaqq min huma dawk li, skont il-Lumen gentium (n. 16) ''jistqarru li jħaddnu l-fidi ta' Abraham, u flimkien magħna jqimu lil Alla wieħed u ħanin, l-imħallef tal-bnedmin fl-aħħar jum.'' Għal tat-tieni biex dan jagħraf li l-fidi Nisranija tfisser tgħix dak li għamel u li għallem Sidna Ġesù Kristu, li tħaddet, li għamel għeġubijiet, u li ħabb kemm lil-Lhudi kif ukoll lill-pagan, u li ħallielna bħala liġi unika lilu nnifsu: l-Imħabba.