JIEMI L-KENJA VOL. II
Author: Emma Camilleri
Publisher: Reliġjon u Ħajja
Publication Date: 1992
Size in (cm): 21x14.8
Description:
p.179, Maltese, Paperback.
It-tieni volum, għalkemm fil-biċċa l-kbira tiegħu hu wkoll djarju, fih xi ħaġa diversa. Fil-bidu, Sor Emma ħasset li kien jixraq li tagħtina tagħrif bażiku fuq il-Kenja.
Fl-Ewwel disa' kapitli tkellimna fuq dan il-poplu Afrikan, l-ilbies li jilbsu l-Kenjani, twemminhom u s-superstizzjonijiet tagħhom, id-drawwiet, il-logħob, l-ikel, il-kura primittiva, persunithom, dawk fosthom li huma anormali, bħall-albini u n-nani, il-mard, it-tfal mitluqa, kif jiżżewġu, l-ilsien nazzjonali, is-siġar, il-bhejjem, is-sriep, it-tjur u l-insetti.
L-aħħar parti magħmula minn dawk li Sor Emma ssejjaħ ''esperjenzi''. Fis-sewwa, il-ktieb kollu mimli esperjenzi. Iżda f'dawn l-aħħar ftit kapitli l-persunaġġ hu pinġut b'ilwien iżjed ħajjin u s-sitwazzjoni hi aktar drammatika. L-aktar li laqatni, hu r-rakkont tat-tfajla li ħabbet żewġt irġiel. Ħabbithom it-tnejn b'imħabba kbira, imma mhux it-tnejn imxew l-istess magħha.
Imma aħjar nieqaf jien u tibda taqra int. Aqra. Iddeverti. U itgħallem. (Mill-qoxra tal-ktieb)