Author: Elija Vella
Publisher: Reliġjon u Ħajja
Publication Date: 2006
Size in (cm): 21x14.8
Description:
p.252, Maltese, Paperback.
F'dan il-ktieb P. Elija jwieġeb għal ħafna mistoqsijiet. Il-kitba tiegħu mhix mibnija biss fuq it-tagħlim tal-Knisja, imma bil-pinna mexxejja u umana, hu jidħol fil-qalb tal-qarrejja.
Hu jwieġeb 'flimkien' ma' min jibgħat il-mistoqsija, għaliex jagħraf jisma' u jaqsam is-sentimenti ta' min għandu problema fil-kuxjenza. Dan mhux faċli, imma l-kariżma ta' dan iben San Franġisk hija fis-sempliċità, fl-umiltà u fil-ħniena li juri lejn min jistaqsi. Kull tweġiba ħierġa minn qalb li tħobb u tagħder bla ma qatt tikkundanna. Il-mediċina tiegħu hi fil-prevenzjoni u l-ħniena tal-Mulej.