Author: William Axiaq
Publisher: Reliġjon u Ħajja
Publication Date: 2004
Size in (cm): 15x21
Description:
p.139, Maltese, Paperback.
Dejjem nafni ninteressa ruħi fiż-żwieġ u fil-familja. Imma minn meta sirt saċerdot, imħabbti lejn dawn iż-żewġ għamliet ta' ħajja kibret iżjed. Dejjem kont nemmen fil-qawwa kariżmatika taż-żwieġ u tal-familja Nisranija, qawwa li kapaċi tbiddel id-dinja, imma meta fl-aħħar tas-sittinijiet u fil-bidu tas-sebgħinijiet mort nistudja l-Filosofija u l-Psikoloġija tal-Edukazzjoni f'Ruma wara l-Ordinazzjoni Saċerdotali tiegħi, iżjed ftaħt għajnejja fuq hekk.
Dik il-ħabta, id-diskors dwar dawn iż-żewġ stili ta' ħajja li l-miżżewġin u l-ġenituri u l-ulied jgħixu flimkien taħt saqaf wieħed kien ħa nar sew b'artikli, kotba, seminars, kungress ... Kont naqra kulma kien jiġi f'idejja fuq iż-żwieġ u l-familja. Tant kont imtlejt b'dan il-qari u l-interess, li lanqas kont qed nintebah kemm iż-żwieġ u l-familja saru s-suġġett preferit tiegħi.
Dan il-ktieb mhuwiex ħaġa oħra għajr ir-riflessjoni attenta u premuruża fil-ħajja pastorali tiegħi.